Mur għall-kontenut ewlieni
NextGenerationEU

Dikjarazzjoni tal-aċċessibbiltà

Is-sit web tan-NextGenerationEU

Din id-dikjarazzjoni tapplika għall-kontenut ippubblikat fid-dominju: https://next-generation-eu.europa.eu/

Dan is-sit web huwa mmaniġġjat mid-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni (DĠ COMM). Huwa mfassal biex jintuża minn kemm jista’ jkun nies, inklużi persuni b’diżabbiltajiet.

Għandek tkun tista’:

  • tkabbar sa 200% mingħajr problemi
  • tuża l-biċċa l-kbira tas-sit web bil-keyboard biss
  • tuża l-biċċa l-kbira tas-sit web b’apparat modern li jaqra dak li jkun hemm fuq l-iskrin u b’software li jirrikonoxxi d-diskors (fuq il-kompjuter jew il-mobile tiegħek)

Dan is-sit web huwa mfassal biex jikkonforma mal-istandard tekniku għas-siti web u l-apps tal-mobile, EN 301 549 v.3.2.1. Dan isegwi mill-qrib il-livell “AA” tal-verżjoni 2.1 tal-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG).

Status tal-konformità

Dan is-sit web huwa parzjalment konformi mal-istandard tekniku EN 301 549 v.3.2.1 u l-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG) 2.1 Livell AA. Ara “Kontenut mhux aċċessibbli” għal iktar dettalji.

Is-sit web ġie ttestjat l-aħħar fis-26 ta’ Ġunju 2025.

Tħejjija ta’ din id-dikjarazzjoni

Din id-dikjarazzjoni ġiet riveduta fit-30 ta’ Ġunju 2025.

Id-dikjarazzjoni hija bbażata fuq analiżi ta’ kampjun rappreżentattiv tal-paġni web minn espert tal-aċċessibbiltà kkwalifikat fl-IAAP, bl-użu ta’ taħlita ta’ ttestjar manwali u awtomatizzat.

Feedback

Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-aċċessibbiltà tas-sit web https://next-generation-eu.europa.eu/. Jekk jogħġbok għarrafna jekk tiltaqa’ ma’ ostakli għall-aċċessibbiltà:

  • Telefown: +32 2 298 11 93
  • Email: COMM-NEXTGENERATIONEUatec [dot] europa [dot] eu (COMM-NEXTGENERATIONEU[at]ec[dot]europa[dot]eu)

Nippruvaw inwieġbu l-feedback fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn meta l-mistoqsija tasal għand id-dipartiment responsabbli tal-Kummissjoni.

Kompatibbiltà ma’ browsers u teknoloġija assistiva

Is-sit web https://next-generation-eu.europa.eu/ huwa mfassal biex ikun kompatibbli mat-teknoloġiji assistivi l-aktar użati li ġejjin:

  • l-aħħar verżjoni tal-browsers Google Chrome, Microsoft Edge, Mozilla Firefox u Apple Safari;
  • flimkien mal-aħħar verżjonijiet ta’ NVDA, VoiceOver u TalkBack.

Speċifikazzjonijiet tekniċi

L-aċċessibbiltà tas-sit web https://next-generation-eu.europa.eu/ tiddependi fuq it-teknoloġiji li ġejjin biex taħdem mal-kombinazzjoni partikolari ta’ browser tal-internet u kwalunkwe teknoloġija assistiva jew plugin installata fuq il-kompjuter tiegħek:

  • HTML
  • WAI-ARIA
  • CSS
  • JavaScript

Kontenut mhux aċċessibbli

Minkejja l-aħjar sforzi tagħna biex niżguraw l-aċċessibbiltà tas-sit web https://next-generation-eu.europa.eu/, aħna konxji li hemm xi limitazzjonijiet, u qed naħdmu biex nirranġawhom. Hawn taħt hawn deskrizzjoni tal-limitazzjonijiet magħrufa u tas-soluzzjonijiet potenzjali. Jekk jogħġbok ikkuntattjana jekk tiltaqa’ ma’ problema mhux elenkata hawn taħt.

Limitazzjonijiet magħrufa għas-sit web https://next-generation-eu.europa.eu/:

  1. Ġerarkija tal-Intestaturi: xi intestaturi ma jsegwux il-ġerarkija korretta tal-intestatura, li tista’ tikkawża problemi għall-utenti tal-qarrejja tal-iskrin. Din qed nippjanaw li nsolvuha sal-aħħar tal-2025.
  2. Titli tal-paġna: it-titli tal-paġni mhux dejjem ikunu deskrittivi biżżejjed għax ma jinkludux l-isem tas-sit. Din qed nippjanaw li nsolvuha sal-aħħar ta’ Lulju 2025.
  3. Problema bil-fokus: il-fokus tat-tastiera jista’ jimxi wara l-istrixxun tal-kunsens għall-cookies fil-qiegħ tal-paġna. Din qed nippjanaw li nsolvuha sal-aħħar ta’ Lulju 2025.
  4. Graphs u charts – l-użu tal-kuluri: Xi graphs u charts fuq is-sit web jiddependu fuq il-kulur biss biex jikkomunikaw l-informazzjoni, u dan ifixkel persuni daltoniċi. F’charts fejn it-tikketti mhumiex assoċjati viżwalment mat-taqsima kkulurita korrispondenti, meta tikklikkja t-tikketti tal-leġġendi tkun qed tattiva jew tiddiżattiva l-linja, il-bar jew it-taqsima korrispondenti, u dan jippermetti lill-utenti jiċċekkjaw liema tikketta tappartjeni għal liema parti tal-mappa. Din qed nippjanaw li nsolvuha matul l-2025.
  5. Mapep: Xi elementi mhux testwali bħal ikoni ma jikkonformawx mar-rekwiżiti minimi ta’ kuntrast tal-kuluri. Din qed nippjanaw li nsolvuha sal-aħħar tal-2025.
  6. Video player – aċċessibbiltà bil-keyboard: nafu li hemm xi problemi bl-aċċessibbiltà bil-keyboard tal-video player tagħna (meta tagħżel il-lingwa tal-caption mill-menù, mhux possibbli tuża l-keys tal-vleġeġ biex tmur minn lingwa għal oħra, dan jista’ jsir biss bit-TAB).
  7. Deskrizzjoni awdjo: il-videos f’dan is-sit web m’għandhomx deskrizzjoni awdjo