Skip to main content
NextGenerationEU
Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

L-istrument ewlieni biex jgħin lill-ekonomiji tal-UE joħorġu aktar b’saħħithom u aktar reżiljenti mill-kriżi tal-Coronavirus.

Niguraw li l-UE tkun ippreparata għal sfidi u opportunitajiet futuri

Il-qofol tan-NextGenerationEU huwa l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) - strument li jagħti għotjiet u self biex jappoġġjaw ir-riformi u l-investimenti fl-Istati Membri tal-UE.

Għanijiet u benefiċċji

Bħala parti minn rispons wiesa’, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza tgħin

  • intaffu l-impatt ekonomiku u soċjali tal-pandemija
  • niżguraw li l-Istati Membri jkunu aktar reżiljenti, aktar sostenibbli u mħejjija aħjar għall-isfidi u l-opportunitajiet tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali
  • niksbu l-mira tal-UE tan-newtralità klimatika sal-2050
  • inpoġġu lill-Ewropa fit-triq tat-tranżizzjoni diġitali
  • noħolqu l-impjiegi u nixprunaw it-tkabbir.

Il-pjan tagħna jiswa €723 biljun. Dan huwa l-akbar proġett ta’ rkupru fl-Ewropa mill-Pjan Marshall. Huwa l-irkupru li l-Ewropa teħtieġ issa u għall-futur

Ursula von der Leyen, il-President tal-Kummissjoni Ewropea
Picture of Ursula von der Leyen

Il-Faċilità tipprovdi fondi biex l-Istati Membri jinvestu (prezzijiet tal-2022)

€385 biljun
f’self
€338 biljun
f’għotjiet
€723 biljun
b’kollox, biex isir investiment f’riformi u proġetti

Skopri x’qed jiġri f’kull Stat Membru

Green transition icon

Tranżizzjoni ekoloġika

enfasi fuq it-teknoloġiji u l-kapaċitajiet ekoloġiċi - il-mobbiltà sostenibbli, l-effiċjenza enerġetika u s-sorsi tal-enerġija rinnovabbli, l-adattament għat-tibdil fil-klima; l-ekonomija ċirkolari; u l-bijodiversità
Policies next gen Icon

Politiki għall-ġenerazzjoni li jmiss

it-titjib tal-aċċess għall-edukazzjoni ġenerali, vokazzjonali u għolja u tal-kwalità tagħha; enfasi fuq l-edukazzjoni diġitali, l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal; l-appoġġ għall-impjiegi taż-żgħażagħ
Inclusive growth Icon

Tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv

il-promozzjoni tal-intraprenditorija, il-kompetittività, l-industrijalizzazzjoni; it-titjib fl-ambjent kummerċjali; it-trawwim tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, l-appoġġ għan-negozji żgħar u ta’ daqs medju
Digital transformation icon

Trasformazzjoni diġitali

il-promozzjoni tal-introduzzjoni ta’ networks ta’ kapaċità għolja ħafna, id-diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi, il-proċessi tal-gvern, u n-negozji, b’mod partikolari l-SMEs; l-iżvilupp ta’ ħiliet diġitali bażiċi u avvanzati; l-appoġġ għar-riċerka u l-iżvilupp relatati mas-settur diġitali u l...
Social & territorial cohesion icon

Koeżjoni soċjali u territorjali

it-titjib tal-infrastruttura u s-servizzi soċjali u territorjali, inklużi l-protezzjoni soċjali u s-sistemi ta’ protezzjoni soċjali, l-inklużjoni ta’ gruppi żvantaġġati; l-appoġġ għall-impjiegi u l-iżvilupp tal-ħiliet; il-ħolqien ta’ impjiegi stabbli u ta’ kwalità għolja

Kif taħdem

Permezz tal-Faċilità, strument temporanju, il-Kummissjoni tista’ tiġbor fondi - self fis-swieq kapitali - biex tgħin lill-Istati Membri jimplimentaw riformi u investimenti li

  • huma konformi mal-prijoritajiet tal-UE
  • jindirizzaw l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż skont il-qafas tas-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika u soċjali.

Il-Faċilità daħlet fis-seħħ fi Frar tal-2021. Din tiffinanzja r-riformi u l-investimenti tal-Istati Membri, mill-bidu tal-pandemija fi Frar 2020 sa tmiem Diċembru 2026. L-Istati Membri jippreżentaw il-pjanijiet tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza lill-Kummissjoni Ewropea, filwaqt li jistabbilixxu r-riformi u l-investimenti ppjanati tagħhom li għandhom jiġu implimentati sa tmiem l-2026, sabiex jirċievu finanzjament sal-allokazzjoni miftiehma. 

Ara l-pjanijiet nazzjonali, ir-riformi ppjanati u l-investimenti ta’ kull Stat Membru

Links Relatati

Il-pjan ta’ rkupru għall-Ewropa

Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza